Wednesday, March 27, 2024

Tiftaħ il-votazzjoni għall-għażla tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena

Aqra wkoll

Bħalissa għaddejja l-votazzjoni għall-għażla tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022 – Il-votazzjoni tagħlaq fil-25 ta’ Jannar

‌L-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance tfakkar lill-pubbliku li bħalissa għaddejja l-votazzjoni għall-għażla tal-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022. Il-votazzjoni fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Atlas Insurance fetħet nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar u tagħlaq nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar.

L-atleti żgħażagħ rebbieħa tal-premju tax-xahar matul is-sena 2022 huma elliġibli għal dan il-premju prestiġjuż annwali, li huwa magħmul mill-voti tal-panel ta’ ġurnalisti flimkien mal-pubbliku.

Il-voti tal-ġurnalisti se jkollhom 60% sehem tal-voti filwaqt li l-pubbliku għandu 40% meta jivvota mill-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Atlas Insurance: www.facebook.com/atlasmalta/

L-atleti eliġibli għall-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022 huma:

Jeremy Zammit (Athletics – Long Jump) – Jannar

Nicolai Bonello (Athletics – Pole Vault) – Frar

Kai Azzopardi (Triathlon) – Marzu

Mireya Cassar (Athletics – Thrower) – April

Luke Bonello (Table Tennis) – Mejju

Tenishia Thornton (Weightlifting) – Ġunju

Matthew Galea Soler (Athletics – Runner) – Lulju

Malta U/16 Men’s Water Polo National Team – Awwissu

Lijana Sultana (Squash) – Settembru

Chaylon and Jake Castaldi (Blackball) – Ottubru

Nicholas Muscat (Bowling) – Novembru

Nick Mercieca (Para Rowing) – Diċembru

Ir-rebbieħ/a se jitħabbru fi Frar, fejn issir il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ dan it-trofew prestiġjuż tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022.

Segwu l-video uffiċjali dwar il-votazzjoni tal-pubbliku: https://we.tl/t-UoqK4BLTh0

Ekonomija

Sport