Aleksandar Mitrovic ta’ Fulham ingħata sospensjoni ta’ tmien logħbiet minn kummissjoni indipendenti wara li mbotta lir-referee Chris Kavanagh fit-telfa 3-1tal-FA Cup kontra Manchester United.
L-attakkant tas-Serbja rċieva projbizzjoni ta’ tliet logħbiet għat-tkeċċija, tlieta għal kondotta vjolenti u tnejn oħra għal lingwaġġ “improprju, abbużiv, insulenti u ta’ theddid”. Huwa se jirċievi wkoll multa ta’ £75,000.
Il-manager ta’ Fulham, Marco Silva, se jiskonta sospensjoni ta’ żewġ logħbiet wara li tkeċċa.
Minbarra akkuża ta’ kondotta mhux xierqa talli allegatament tefa’ flixkun tal-ilma fid-direzzjoni tal-assistent referee, Silva ġie mixli b’kondotta ħażina għal kummenti li għamel fil-konferenza stampa wara t-telfa t-telfa.