Inter taw ġieh lid-difensur Taljan Alessandro Bastoni li fl-aħħar logħba kontra Sassuolo deher għall-200 darba bil-flokk Nerazzurro. Hu sar għalhekk ir-raba’ plejer mill-iskwadra attwali li laħaq dan it-tragward wara Lautaro Martinez, Stefan de Vrij u Nicolo Barella.
Fuq il-profil tagħhom fuq Twitter, Inter faħħru l-kwalitajiet ta’ Bastoni fejn magħhom rebaħ seba’ titli fosthom żewġ kampjonati tas-serie A.
Bastoni għandu 25 sena u ilu ma’ Inter sa mis-sena 2017. Hu lagħab 200 darba magħhom u skorja erba’ gowls.