Monday, May 20, 2024

Harry Kane se jispiċċa bla trofew

Aqra wkoll

Ħafna qed jgħidu li l-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane ma ġieh xejn tajjeb matul dan l-istaġun hekk kif hu ngħaqad ma’ Bayern Munich fil-bidu ta’ dan l-istaġun biex jirbaħ iżda spiċċa b’xiber imnieħer.

Wara t-telfa drammatika ta’ 2-1 kontra Real Madrid fis-semifinali tal-UEFA Champions League, Kane deher diżappuntat dwar dak li ġara u possibbilment bla kliem hekk kif tim li mdorri jirbaħ spiċċa tilef kollox.

Bayern Munich ċedew il-kampjonat, jinsabu barra mill-UEFA Champions League u nqalgħu mit-tazza Ġermaniża u dak ifisser li Kane matul dan l-istaġun m’hu se jirbaħ xejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport