Monday, May 20, 2024

Beach Soccer: La Playa de Arena fl-ewwel post

Aqra wkoll

La Playa de Arena jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tan-Nestle Ice Cream Beach Soccer tournament wara li kisbu riżultati pożittivi fl-ewwel żewġ logħbiet li lagħbu.

Fl-ewwel logħba li lagħbu huma xejn ma sabuha faċli sabiex jirbħu lil Ta’ Xbiex 5-4

Daryl Micallef skorja tripletta għar-rebbieħa, b’Andre Joe Cutajar u Sheldon Mizzi jżidu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Ta’ Xbiex kellhom lil Saturday Nanapere awtur ta’ doppjetta filwaqt li Giovanni Galea u awtogowl żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.

Fit-tieni logħba, l-istess La Playa de Arena għelbu lil Ħamrun 5-4 wara l-għoti tal-penalties. L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari spiċċa 4-4 bil-plejer Litwan Mantas Makutunivicius jiskorja doppjetta b’Karl Caruana u Daryl Micallef li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Il-Ħamruniżi skorjaw il-gowls tagħhom grazzi għal tliet gowls minn Emanuele Garba u gowl ieħor ta’ Nezar.

Fl-għoti tal-penalties kienu La Playa de Arena li rebħu 4-3.

Aktar qabel l-istess Ħamrun kisbu tliet punti importanti wara skor ta’ 5-4 kontra Sliema. Nezar u Emanuele Garba skorjaw żewġ gowls b’Weverton Gomes iżid ieħor.

Naxxar Lions iddominaw għal kollox il-konfront kontra Sliema tant li rebħulhom 7-0.

Nicholas Schembri wettaq hat-trick filwaqt li JP Zammit u Kurt Borg skorjaw doppjetta kull wieħed.

KLASSIFIKA – NESTLE ICE CREAM BEACH SOCCER LEAGUE

La Playa de Arena 4, Naxxar Lions, Ħamrun 3, Ta’ Xbiex Sports Club, Birżebbuġa Tigers, Sliema Beach Soccer 0

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport