Wednesday, November 20, 2024

Alex Ferguson se jkun onorat wara 40 sena

Aqra wkoll

L-eks manager ta’ Manchester United, Sir Alex Ferguson, 81 sena, se jżid midalja oħra mal-kollezzzjoni vasta tiegħu meta l-UEFA se tagħti midalji addizzjonali tat-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi għas-suċċess ta’ Aberdeen fl-1983.

Il-players titulari u l-ħames sostituti biss irċevew il-midalji tar-rebbieħa wara r-rebħa famuża fuq Real Madrid bl-iskor ta’ 2-1 wara l-ħin barrani, iżda Ferguson se jirċievi waħda mis-sitt midalji żejda biex jiġi mfakkar l-40 anniversarju minn dak il-lejl, f’Gotenburg.

Se jkunu ppremjati wkoll l-assistent manager Archie Knox u l-midfielder Dougie Bell, li tilef il-finali minħabba li kien imweġġa’.

Se jingħataw aktar unuri wara l-mewt lill-eks viċi-chairman Chris Anderson u lil-leġġenda tal-club Teddy Scott, li serva bħala player, coach u kit manager f’Pittodrie għal kważi 50 sena.

Sport