Saturday, May 18, 2024

Alex Oxlade-Chamberlain imħasseb dwar il-futur tiegħu ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Jidher li l-player ta’ Liverpool Alex Oxlade-Chamberlain jinsab imħasseb dwar il-futur tiegħu fil-club fost it-taqtiegħa tiegħu biex ikun utilizzat b’mod regoalri mill-manager Jurgen Klopp.

Ir-Reds ħallsu £34.2m biex jiffirmaw lill-player ta’ 28 sena mingħand Arsenal fis-sajf tal-2017, iżda huwa naqas milli jħalli impatt konsistenti taħt Jurgen Klopp.

Injuries ma għenux il-kawża ta’ Oxlade-Chamberlain, iżda l-midfielder mhxu qed jipi utilizzat għas-spejjeż ta’ Fabinho, Jordan Henderson u Thiago Alcantara mill-club minn Anfield.

Barra minn hekk, Curtis Jones, James Milner u Naby Keita lagħbu aktar minuti f’dawn l-aħħar ġimgħat minn Oxlade-Chamberlain, li ma deherx mar-Reds fl-ebda kompetizzjoni minn meta lura f’Marzu li għadda kien affronta lil Nottingham Forest fl-FA Cup.

L-ex player ta’ Southampton ukoll ilu ma jilgħabx fil-Premier League minn Frar, u Klopp ħallieh barra mill-iskwadra għall-aħħar ħames logħbiet ta’ Liverpool fil-Premier League.

Sport