F’nofsinhar illum għalaq il-perjodu għal dikjarazzjoni ta’ interess, kif stipulat fl-Istatut tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Matul il-proċess, il-Kummissjoni rċeviet dikjarazzjoni ta’ interess mingħand kandidat wieħed biss li kien Alex Perici Calascione.
Aktar tard illum il-Kummissjoni Elettorali se titlob lill-Kummissjoni Kandidati biex tibda minnufih il-proċess li jmiss – dak ta’ due diligence.
Wara li l-Kummissjoni Kandidati tikkonkludi x-xogħol tagħha, il-Kummissjoni Elettorali tiftaħ il-proċess għan-nomina uffiċjali għal Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.