Wara disa’ staġuni konsekuttivi, l-avventura tad-difensur internazzjonali Brażiljan Alex Sandro se tintemm fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Il-plejer ta’ 33 sena xi kultant mhux qed ikollu staġun konsistenti fejn ġieli qed jagħmel xi żbalji difensivi li ħafna drabi jkunu fatali bħalma ġara t-Tnejn li għadda fil-logħba kontra Udinese.
Alex Sandro, li lagħab 224 darba mal-Bianconeri u skorja 13-il gowl, qed jiġi offrut kuntratt ma’ Inter għalkemm għalissa dawn jidhru biss li huma spekulazzjonijiet.