Id-difensur xellugi ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Brażiljan Alex Sandro se jkollu jitlef il-konfront li s-Selecao għandhom kontra l-Kamerun wara li weġġa’ siequ x-xellugija.
Dan ħabbru t-tabib Brażiljan Rodrigo Lasmar wara li l-plejer ta’ 31 sena ma setax ikompli l-partita li t-tim Sudamerikan lagħbu kontra l-Iżvizzera.
Sadanittant Alex Sandro jittama li jkun tajjeb biżżejjed sabiex jilgħab fil-fażi tal-aħħar sittax tat-Tazza tad-Dinja.