Thursday, April 18, 2024

Giorgio Scalvini fir-radar ta’ Bayern Munich

Aqra wkoll

Bayern Munich qed jippreparaw offerta ta’ bejn it-€30 miljun u l-€40 miljun sabiex jiksbu s-servizzi tad-difensur ta’ Atalanta, Giorgio Scalvini. Dan tal-aħħar għad għandu 18-il sena u qed jispikka ferm fis-serie A Taljana meta diġa’ lagħab 29 partita u skorja żewġ gowls.

Barra minn hekk, Scalvini lagħab tliet darbiet mat-tim nazzjonali tal-kbar u hu kkunsidrat bħala plejer versatili minħabba li kapaċi jilgħab anke f’nofs il-grawnd.

Aktar qabel, Inter u Juventus dehru interessati fis-servizzi tiegħu iżda bosta kritiċi tal-futbol Ewropew qed jgħidu li t-tim mill-Bavarja hu favorit li jakkwistah.

Ekonomija

Sport