Friday, December 27, 2024

Alexei Navalny jingħata l-aħħar tislima f’Moska

Aqra wkoll

Qed ikun irrapportat li minn tal-inqas 45 persuna kienu arrestati fir-Russja waqt li l-eks mexxej tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny kien qed jingħata l-aħħar tislima f’Moska. Iċ-ċermonja tal-funeral tiegħu saret ġimagħtejn wara li Navalny miet f’ħabs fl-Artiku. 

Għal dan il-funeral attendew eluf ta’ persuni li bdew jgħajtu isem Navalny filwaqt li saħqu li mhumiex se jaħfruha lill-awtoritajiet tal-pajjiż għall-mewt tiegħu. Oħrajn instemgħu jgħidu “Ir-Russja se tkun ħielsa”, “Le għall-gwerra” u “Russja mingħajr Putin”. 

Mara żagħżugħa li tkellmet mal-midja internazzjonali qalet: “hawn aktar minn 10,000 persuna u ħadd mhu qed jibża’. Ġejna hawn biex insellmu l-memorjja ta’ raġel li wkoll ma beżax, li ma kien jibża’ minn xejn.”

Mara oħra qalet li nies bħala Navalny m’għandhomx imutu, li jkunu ta’ prinċipju u onesti u lesti jissagrifikaw lilhom infushom. Sadanittant, fil-post fejn sar il-funeral kien hemm ukoll preżenza qawwija tal-infurzar tal-liġi u anke trakkijiet tal-pulizija kontra l-irvellijiet.

“Minn xiex inhuma jibżgħu? Għaliex hawn daqshekk vetturi?”, staqsiet Stepanova. “Qed jibżgħu minnhom stess. In-nies li ġew hawn ma jibżgħux. Alexei lanqas ma kien jibża’.”

Ekonomija

Sport