Saturday, December 21, 2024

Alexey Navalny misjub ħati ta’ frodi… il-prosekuzzjoni Russa titlob 13-il sena ħabs

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Qorti f’Moska sabet lill-kritiku tal-Kremlin u l-mexxej tal-oppożizzjoni, Alexey Navalny, ħati ta’ frodi. Navalny jinsab f’baħar ta’ nkwiet minħabba allegazzjonijiet li seraq fondi mill-fondazzjoni tiegħu stess, kif ukoll b’disprezz lejn il-qorti.

Rapport mis-CNN qal li l-prosekuzzjoni ħabbret li se titlob li Navalny jeħel sentenza ta’ 13-il sena ħabs. Il-maġistrata li ppresediet din il-kawża, Margarita Kotova, fil-verdett tagħha rrapportat mill-aġenzija statali Russa “Tass” ġiet ikkwotata tgħid, “Navalny huwa ħati ta’ frodi, jiġifieri serq b’qerq ta’ proprjetà ta’ xi ħaddieħor”. 

Dan il-kritiku tal-Kremlin bħalissa qiegħed jiskonta sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs wara li kien ġie arrestat lura fi Frar tal-2021. Huwa kien irritorna r-Russja minn Berlin fejn kien rikoverat fi sptar minħabba avvelenament bis-sustanza perikoluża “Novichok”. L-attivist Russu sostna li l-attentat fuq ħajtu sar mis-servizzi sigrieti Russi fuq ordni tal-President Putin innifsu. Navalny jemmen li d-detenzjoni tiegħu hija manuvra politika fuqu biex jissikket. 

F’Jannar li għadda r-Russja niżlet isem Navalny u l-kollegi tiegħu fir-reġistru tal-persuni b’xejriet “estremisti u terroristi”. Il-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni (FBK) tiegħu wkoll kienet iddikjarata bħala organizzazzjoni “estremista’ mill-qrati kollha Russi.

Ekonomija

Sport