Saturday, May 4, 2024

Tifel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Mara u tifel kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ, tard waranofsinhar, fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa.

L-inċident seħħ bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 25 sena u tifel ta’ 13-il sena li kien qed isuq ir-rota.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lit-tifel sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport