Monday, December 23, 2024

Alfred Sant iwissi dwar ir-riperkussjonijiet tat-tieni mewġa tal-imxija

Aqra wkoll

Il-Membru Ewro Parlamentari Laburista Alfred Sant iddeskriva bħala proċess delikat il-ftuħ tal-kontrollu li kellhom jiddaħħlu mill-Gvern bil-għan li tiġi kkontrollata l-pandemija tal-coronavirus.

Sant tenna li dan il-proċess mhuwiex faċli, u rrikonoxxa li l-Gvern qed jagħmel tajjeb li l-ftuħ tal-kontrolli qed jiddaħħal pass wara pass. Dan minkejja li “hemm ħafna li jkunu jridu li kollox jinfetaħ malajr”.

Filwaqt li rrikonoxxa li l-miżuri li ddaħħlu kellhom impatt finanzjarju u ekonomiku għal bosta, Sant żied jgħid li min-naħa l-oħra jekk minħabba l-għaġġla jsir żball u l-imxija terġa’ tieħu r-riħ, l-istess nies u kumpaniji jkunu l-aktar li jaqilgħuha bil-qawwi.

“X’aktarx imbagħad żgur li b’tieni daqqa bħal din u allaħares tiġi, jispiċċaw jegħrqu,” temm jgħid Sant.

Ekonomija

Sport