Monday, December 23, 2024

Alisson Becker u Fabinho jistgħu ma jilagħbux kontra Watford

Aqra wkoll

Id-duo ta’ Liverpool Alisson Becker u Fabinho mhux probabbli li jkunu inklużi fil-partita tas-Sibt fil-Premier League kontra Watford.

Iż-żewġ players ġew imsejħa fl-iskwadra tal-Brażil mill-coach Tite għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ Ottubru, li se jispiċċaw bil-Brażil tilgħab kontra l-Urugwaj fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu.

Liverpool jilagħbu kontra Watford nhar is-Sibt fin-12.30pm kontra Watford, u l-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp qabel kien diġá wera s-sentimenti tiegħu dwar skedar ta’ partiti bħal dan.

Klopp qal li “mhux prattiku” għal Alisson u Fabinho li jtiru lura lejn l-Ingilterra u jkunu lesti fil-ħin biex jilagħbu nhar is-Sibt wara nofsinhar, bil-manager Ġermaniż jirrassenja ruħu li jkun mingħajr id-duo Brażiljan tiegħu fi tmiem il-ġimgħa.

Il-manager tar-Reds qed janalizza wkoll il-forma fiżika ta’ Diogo Jota wara li ħalla l-impenji tiegħu tal-Portugall bi problema muskolari, iżda ngħata spinta f’waqtha rigward l-injury ta’ Trent Alexander-Arnold, li għandu jkun fil-kontestazzjoni biex jiffaċċja lill-Hornets.

Liverpool jisnabu jokkupaw it-tieni post fil-klassifika tal-Premier League qabel ma jospitaw lil Watford, li se tkun l-ewwel logħba ta’ Claudio Ranieri responsabbli mill-Hornets bħala manager.

Ekonomija

Sport