Wednesday, March 11, 2026

Allegatament raġel joqtol lill-eks sieħbha waqt li kien fuq ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Santino Bonfiglio, ta’ 67 sena allegatament ilbieraħ filgħaxija qalet lill-eks sieħbha tiegħu Daniela Zinnanti, ta’ 50 sena.

Rapporti fil-midja Taljana qalu li l-każ seħħ f’Messina fi Sqallija. L-allegat aggressur kien ingħata l-ħelsien mill-arrest dwar każ ieħor u anke kien imlibbes tikketta elettronika biex il-pulizija jsegwu l-passi tiegħu.

Skont dak li ġie rraportat, ilbieraħ filgħaxija l-allegat aggressur mar id-dar tal-eks sieħbha tiegħu bit-tama li jkellimha u jerġgħu jibdew relazzjoni. Il-vittma baqgħet iżomm soda u qaltlu li ma riditx terġa’ tibda relazzjoni miegħu.

Kien hawn li allegatament ħareġ sikkina u beda jagħtiha biha bil-konsegwenza li l-mara mietet fuq il-post.

Kienet bint il-vittma li sabet lill-ommha mejta fid-dar tagħha stess.

Il-Pulizija arrestaw lil Bonfiglio ftit tal-ħin wara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport