Saturday, December 14, 2024

Allegazzjoni li l-Qatar ippruvaw ixaħħmu lill-Ekwador biex jitilfu l-logħba inawgurali

Aqra wkoll

Meta llum se jingħata bidu għat-Tazza tad-Dinja 2022 bosta kienu dawk li ddeploraw il-pajjiż tal-Qatar minħabba l-attitudni tagħhom fir-rigward tad-drittjiet tal-bniedem. 

Dan minbarra li dan in-nazzjon huwa miksi minn allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. 

Id-deċiżjoni li l-Qatar  jospita l-akbar festival sportiv fuq wiċċ id-dinja ġiet deskritta mill-kritiċi bħala tentattiv min-nazzjon sinjur minħabba l-produzzjoni taż-żejt, biex juża l-football biex inaddaf l-immaġni tiegħu fix-xena internaz­zjonali.

Iżda appena meta kienu għadu ma ġie xxuttjat l-ewwel ballun, ġiet rappurtat allegazzjoni ta’ korruzzjoni mill-awtoritajiet tal-Qatar. 

Skond Amjad Taha, id-direttur reġjonali taċ-Ċentru Brittaniku tal-Lvant Nofsani għall-Istudji u r-Riċerka b’aktar minn 400,000 segwaċi fuq Twitter, allegatament tmien players tal-Ekwador ġew imxaħħma $7.4 miljuni biex jitilfu l-partita inawgurali kontra l-istess Qatar. 

Ekonomija

Sport