Sunday, May 5, 2024

Il-Papa jżur lil kuġintu u jidħol għandha mingħajr is-siġġu tar-roti wara tħassib dwar saħħtu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-ikla tas-Sibt wara nofsinhar, il-Papa Franġisku qattagħha ma’ kuġintu, Carla Rabezzana, li għadha kemm għalqet 90 sena. Rabezzana laqgħet lil kuġinuha Franġisku b’tgħannieqa quddiem il-bieb ta’ darha f’Asti, fir-reġjun ta’ Piemonte, l-Italja. 

Dan kien mument speċjali għall-midja u dawk kollha li jsegwu mill-qrib il-ħajja tiegħu hekk kif għalkemm bl-għajnuna tal-krozzi, huwa deher jimxi mingħajr is-siġġu tar-roti. Dan hekk kif fl-aħħar xhur bosta kienu dawk li staqsew dwar l-irwol tiegħu u kemm seta’ jibqa’ jaqdi dmirijietu minħabba l-kundizzjonijiet ta’ saħħtu, sa anke meta ġie f’pajjiżna fejn diġà kien qiegħed juri ċertu diffikultajiet ta’ mobbiltà.

Il-Papa talab lill-ġurnalisti fuq il-post biex iħalluhom igawdu l-ikla fil-libertà, iżda f’ritratt sabiħ maħruġ mill-midja tal-Vatikan, it-tnejn dehru bi tbissima mċarrta quddiem mejda mħejjija għall-ikel u xi ikel tradizzjonali tar-reġjun.

Huwa mifhum ukoll li wara din iż-żjara, il-Papa Franġisku żar ukoll dar tal-anzjani fejn bosta rrimarkaw dwar is-sempliċità tiegħu fiż-żjarat li jagħmel.

Sport