Wednesday, July 24, 2024

Altay Bayindir se jitlaq lil Man Utd

Aqra wkoll

Altay Bayindir mistenni jitlaq lil Manchester United fl-aħħar ta’ dan l-istaġun minħabba li mhux qed isib postu bejn il-lasti tar-Red Devils.

Dan il-goalkeeper ġie akkwistat għal €5 miljun mingħand Fenerbache u kulħadd kien qed jarah bħala r-riserva denja ta’ Andre Onana. Minkejja kollox, il-frustrazzjoni tal-goalkeeper Tork dehret sew meta la lagħab fil-kampjonat u lanqas fl-FA Cup u din il-ħaġa qed idejqu mhux ftit.

Bayandir għandu 25 sena u jrid iktar logħob kompetittiv fejn qed jikkunsidra li jmur lura f’pajjiżu f’Ġunju li ġej.

Ekonomija

Sport