L-attakkant internazzjonali Spanjol Alvaro Morata jista’ jirritorna ma’ Juventus fil-bidu tal-istaġun li ġej hekk kif il-ġurnali Taljani qed isemmu din l-aħbar bi prominenza.
Din tista’ tkun it-tielet esperjenza tal-plejer ta’ 31 sena li jaf sew l-ambjent f’Turin. Il-problema għal Bianconeri hu proprju l-kuntratt li Morata għandu ma’ Atletico Madrid hekk kif hu għandu ftehim għal żewġ staġuni oħra ta’ €6 miljun kull staġun.
Juventus qed tiġihom l-idea li joffru lil Moise Kean biex titħallas parti mis-somma li jkollhom jagħtu lil Colchoneros.