Wednesday, July 24, 2024

Hansi Flick jinħatar coach ta’ Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona ħatru lill-eks coach ta’ Bayern Munich, Hansi Flick, biex imexxi lit-team għas-sentejn li ġejjin. 

Flick, kien li tkeċċa mit-team nazzjonali Ġermaniż, f’Settembru 2023, se jkun is- suċċessur ta’ Xavi Hernandez li tkeċċa l- ġimgħa li għaddiet. 

Il-ħidma ta’ Flick mal-Ġermanja waslet wara li ggwida lil Bayern Munich għat-Treble fl-2020, fejn rebaħ il-Bundesliga, it-Tazza Ġermaniża u l-UEFA Champions League.

L-attakkant ta’ Barcelona, Robert Lewandowski,  35 sena lagħab taħt il-gwida ta’ Flick, fl-Allianz Arena, għal żewġ staġuni.

“Huwa unur kbir … hija ħolma għalija li ffirmajt il-kuntratt tiegħi ma’ dan il-club glor­już,” qal Flick.

“Irbaħt bosta unuri ma’ Bayern Munich iżda ninsab għatxan biex nirbaħ aktar. 

“Nixtieq nibqa’ f’din it-triq ma’ Barcelona u naħseb li nistgħu niksbu ħafna flimkien.

“Il-filosofija li għandhom hija simili għal tiegħi, ħafna pussess tal-ballun b’attakk vera­ment veloċi. 

L-eks coach ta’ Barcelona, Xavi, li tkeċċa xahar wara li l-club ikkonferma li se jibqa’, qal li s-suċċessur tiegħu se “jbati” f’dan l-irwol.

Huwa mexxa lil Barcelona lejn il-glorja ta’ La Liga u tas-Super Cup Spanjola fl-ewwel staġun sħiħ tiegħu fit-tmexxija iżda dan l-istaġun il-Katalani spiċċaw 10 punti inqas miċ-champions Real Madrid.

Fi stqarrija Barcelona qalu li għażlu coach magħruf sew għall-istil ta’ logħob ta’ pres­sing intens bil-konsegwenza li rebaħ bosta unuri kemm domestikament kif ukoll fil-li­vell Ewropew.

Ekonomija

Sport