Wednesday, September 25, 2024

Alvaro Morata jweġġa’ għal Milan

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ AC Milan Paulo Fonseca rċieva l-aħbar ħażina li l-attakkant internazzjonali Spanjol Alvaro Morata għandu problema fil-muskolu ta’ siequ l-leminija u għalhekk se jkollu jieqaf għal ftit.

Morata għamel id-debutt tiegħu fil-logħba kontra Torino li ntlagħbet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’San Siro meta daħal fl-14-il minuta minflok Luka Jovic. Hu mistenni jitlef iż-żewġ partiti li Milan għandhom kontra Parma u Lazio.

Sport