Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Pierre Kalulu ma’ Juventus

Pierre Kalulu ma’ Juventus

0
148

Id-difensur Franċiż Pierre Kalulu se jingħaqad ma’ Juventus wara li d-diriġenti minn Turin ftiehmu ma’ AC Milan dwar dan it-trasferiment.

Kalulu ma kienx fil-pjanijiet tal-kowċ ta’ Milan Paulo Fonseca għall-istaġun li ġej u dan ġiegħel lill-aġent tiegħu jfittixlu tim ieħor.

Kalulu, li kapaċi jilgħab ukoll man-naħa leminija tal-grawnd, se jiffirma kuntratt sas-sena 2029. Dan se jkun it-tielet tim fil-karriera tiegħu wara li aktar qabel lagħab ukoll ma’ Olympique Lyon.