Tuesday, December 24, 2024

Ambaxxatriċi ġdida tar-Renju tan-Netherlands għal Malta

Aqra wkoll

Il-President George Vella lbieraħ ġie ppreżentat bl-Ittri ta’ Kredenzjali mill-Ambaxxatriċi l-ġdida tar-Renju tan-Netherlands għal Malta, Divera Gerritdina Anna Afra El Adimi-Koekkoek.

Waqqt din iċ-ċerimonja ġie diskuss l-istat eċċellenti tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll it-tisħiħ ulterjuri tagħhom b’enfasi partikolari fuq il-kummerċ u t-turiżmu.

Ġew diskussi wkoll diversi kwistjonijiet dwar l-istabbilità fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-gwerra li għadha għaddejja fl-Ukrajna, flimkien mal-iżviluppi li qed jevolvu fir-reġjun tal-Mediterran.

Tqajmu wkoll l-isfidi globali maħluqa min-nuqqasijiet fis-sigurtà tal-enerġija u fl-ikel.

Ekonomija

Sport