Tuesday, May 14, 2024

Ambaxxatur Russu mċappas b’sustanza ħamra

Id-dimostranti jiżvelaw li din is-sustanza tissombolizza d-demm tal-Ukreni li sfaw vittma tar-Russi

Aqra wkoll

Uħud mill-individwi li kienu qed jipprotestaw fil-Polonja kontra l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, imlew lill-Ambaxxatur Russu b’sustanza ħamra, waqt ċerimonja li saret f’Warsaw f’ċimiterju ddedikat lis-suldati tal-Unjoni Sovjetika.

L-Ambaxxatur Russu, Sergei Andreyev, u membri oħra tal-Ambaxxata Russa żaru dan il-post sabiex ipoġġu l-kuruni tal-fjuri fiċ-ċimiterju — il-post li fih il-fdalijiet ta’ iżjed minn 20,000 suldat tal-armata Sovjetika li tilfu ħajjithom waqt il-battalji kontra l-Ġermaniżi fil-Polonja. Propju llum, ir-Russja ċċelebrat l-anniversarju annwali li jfakkar din ir-rebħa fuq il-Ġermanja Nazista li seħħet fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Grupp ta’ dimostranti li kienu qed ixejru l-bnadar Ukreni, tefgħu sustanza ħamra, li x’aktarx huwa żebgħa, għal wiċċ l-Ambaxxatur Russu. Kif seħħ dan l-inċident, id-delegazzjoni tal-Ambaxxata Russa telqet miċ-ċerimonja.

Dawk il-persuni li ħadu sehem f’din il-protesta, qalu lill-midja Pollakka TVN24 li s-sustanza ħamra li ntużat waqt il-protesta tissombolizza d-demm tal-Ukreni li sfaw vittma tar-Russi.

Sport