Wednesday, July 24, 2024

Ambulanzi ġodda fi żmien qasir… “Kuntenti bil-ħidma li għaddejja” -sorsi qrib id-Dipartiment tal-Ambulanzi

Aqra wkoll

“Ix-xogħol fejn jidħol l-ambjent tagħna tax-xogħol fid-Dipartiment tal-Ambulanzi għaddej ġmielu. Nafu li l-kuntratt tal-ambulanzi ġodda ingħata u fi żmien qasir se tinbidel il-flotta kollha tal-ambulanzi. Din hi xi ħaġa li konna ilna nistennew u grati għal dan. Jiddispjaċina li jidher li kien hemm min allegatament uża lilna biex xandar rapporti dwarna li ma kinux jirrifletu dak li verament konna qed inħossu aħna. Konxji tal-ħidma li għaddejja, fi żmien ta’ pandemija, biex il-kundizzjonijiet tagħna jiġu rranġati”.


Dawn kienu kummenti li għaddewlna sorsi qrib id-Dipartiment tal-Ambulanzi, intiżi biex iwieġbu rapport fi kliemhom stess invertier li deher f’sezzjoni oħra tal-midja. Sostnew li r-rapport mhux biss kien invertier imma dan ma kienx jirrifletti l-pożizzjoni tagħhom minkejja li ngħatat dik l-impressjoni.
L-istess sorsi qalulna li “iż-żewġ kontejners li kien hawn u li konna qegħdin nużawhom, ngħidu li l-proċess dwarhom kien qed jiġi miftiehem. Il-proċess beda u ix-xogħol miexi. Se jinġabu erba’ kontejners fejn se nkunu ħafna aħjar. Se jkunu imqassmin fuq żewġ u anke se jkollna lockers tagħna”, sostnew l-istess sorsi.
Dawk li tkellmu magħna qalulna li “nafu li għaddejjin id-diskussjonijiet għall-ftehim kollettiv u nittamaw li dan jingħalaq ma jdumx”.

Ekonomija

Sport