Tuesday, April 30, 2024

Amerikan jirbaħ $100,000 mil-lotterija wara li uża strateġija li ra fuq it-televixin

Aqra wkoll

Raġel minn South Carolina rebaħ $100,000 wara li prova strateġija li tgħallem meta kien isegwi programm televiżiv bl-isem ‘Lottery Changed My Life’.

Ir-raġel nefaq $25 fil-ġimgħa fuq il-lotterija għal tliet xhur sħaħ. Fl-ewwel ġimgħa li lagħab il-lotterija rnexxielu jirbaħ $500, u iżjed ma kompla jilgħab, iżjed baqa’ jirbaħ, tant li mas-seba’ ġimgħa minn meta lagħab il-lotterija għall-ewwel darba rebaħ is-somma ta’ $100,000.

Huwa rebaħ din is-somma fit-28 ta’ Mejju li għadda, fejn għall-ewwel ħaseb li rebaħ $50,000 għax kien mingħalih li qata’ żewġ numri biss; kienet martu li indunat li qata’ ħames numri. Skont uffiċjali tal-lotterija, ir-raġel ammetta li ma kienx jaf kif tintlagħab din il-logħba.

Skont ma tindika s-sit tal-lotterija ta’ South Carolina jidher li persuna minn kull 913,129 jirnexxilha taqta’ erba’ white ball numbers u red Powerball, l-istess bħalma għamel dan ir-rebbieħ.

Sport