Mara ta’ 76 sena mill-Istati Uniti ngħatat il-ħelsien mill-arrest sakemm jibda l-ġuri tagħha fejn qed tiġi akkużata li qatlet lil żewġha b’arma tan-nar.
Fit-23 ta’ Jannar li għadda, Ellen Gilland sparat fuq żewġha – pazjent fl-isptar ta’ Jerry Gilland li kellu marda terminali. Immedjatament wara l-isparatura, wieħed mill-pulizija tal-lokal qal li apparentament madwar tliet ġimgħat qabel ma seħħ il-każ, il-koppja kellha diskussjoni dwar dan is-suġġett, fejn ir-raġel talab lil martu biex jekk ikompli jaqleb għall-agħar ittemmlu ħajtu.
Oriġinarjament Gilland kienet mixlija b’omiċidju volontarju, però nhar l-Erbgħa li għadda l-akkuża nbidlet għal assistenza biex jitwettaq suwiċidju.
Nhar il-Ġimgħa li għaddiet hija ngħatat ħelsien proviżorju mill-arrest fuq garanzija personali ta’ $150,000.