Saturday, December 28, 2024

Amerikani jemmnu li uffiċjali Ukreni awtorizzaw il-qtil ta’ bint kollaboratur ta’ Putin

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aġenziji tas-Servizzi Sigrieti Amerikani jemmnu li fazzjonijiet fil-gvern Ukren awtorizzaw l-attakk b’karozza bomba ħdejn Moskow f’Awwissu li għadda li fih inqatlet Daria Dugina, bint Russu prominenti viċin ta’ Vladimir Putin. Uffiċjali Amerikani qegħdin jibżgħu li tali assassinji u attakki jistgħu biss jiggravaw il-konflitt li għaddej bħalissa bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Filwaqt li l-Istati Uniti qiegħda tisħaq li ma kinitx involuta fl-attakk fatali, uffiċjali qalu li saħansitra ma kienux jafu fil-ħin bil-missjoni sigrieta b’konsegwenza li ma kellhomx ċans iwaqqfuha. Huma saħqu li kieku dawn ġew ikkonsultati dwar l-assassinju, żgur li ma kienux se jaqblu miegħu. Kien hawn li ħarġet l-aħbar fil-midja barranija li l-uffiċjali Amerikani ammonew lill-uffiċjali Ukren fuq dan l-assassinju.

F’assessjar li sar dwar il-kompliċità tal-Ukreni fil-qtil ta’ Dugina, dan it-tagħrif miġbur ħareġ pubbliku l-ġimgħa l-oħra mill-Gvern Amerikan stess. L-Ukrajna min-naħa tagħha, immedjatament wara l-attakka ċaħdet li kienet involuta u uffiċjali għolja Ukreni reġgħu ċaħdu meta ġew mistoqsija mill-uffiċjali Amerikani waqt l-imsemmi assessjar.

Filwaqt li r-Russja ma rritaljatx b’mod speċifiku għal dan l-assassinju, l-Istati Uniti hija mħassba serjament li tali attakki, filwaqt li m’għandhomx sinjifikat biżżejjed fuq il-kamp tal-battalja, jistgħu jipprovokaw lil Moska biex min-naħa tagħha tattakka uffiċjali għolja Ukreni.

In-“New York Times” qalet ukoll li uffiċjali Amerikani huma frustrati minħabba nuqqas ta’ trasparenza min-naħa tal-Ukrajna fejn jidħlu pjanijiet militari u sigrieti li jsiru, b’mod speċjali fuq art Russa.

Ekonomija

Sport