L-aktar tiġrija mistennija li saret il-Ġimgħa fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa kienet waħda tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mis-36 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Din it-tiġrija Premier intrebħet minn Ami De Clerlande misjuq minn Michael Ellul.
Għaxar żwiemel ġrew fit-tiġrija Premier. Michael Ellul poġġa lill-Franċiż Ami De Clerlande quddiem dawra mit-tmiem u dan żamm il-kmand sal-linja finali. Hu ħa t-tieni rebħa tas-sena bi ftit minn Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) u Caprice De Cosse (Clint Vassallo). Furyo (Andrew Farrugia) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hope Day (M. Attard) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Imanol De Mongochy (M. Debono) 3. Khali Magdalon (M. Ellul) 4. Divonne (S. Grixti)
II Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Pagano (B. Ħili) Ħin – 2.39.5” (1.14.6”) 2. Genie Lulu (P. Galea) 3. Giotta Buissonay (N. Baldacchino) 4. Global Rebel (Ch. Camilleri)
III Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Diabolo Castelets (M. Ellul) Ħin – 2.38.5” (1.14.1”) 2. Casino d’Ourville (R. Gatt) 3. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) 4. Gosse Fredano (N. Barbara)
IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Harry De L’Ormerie (G. Gatt) Ħin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. Halina Jibay (C. Vassallo) 3. Festival Marlo (R. Gatt) 4. Ideal Pierji (J. Gafa’)
V Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Professor (J. Vassallo) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Folie Des Landes (J. Gafa’) 3. Viking Du Sarthon (G.P. Camilleri) 4. Favori De Nay (Ch. Vassallo)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Filou Star (D. Gatt) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Call Jack (C. Caruana) 3. Onceforall Face (B. Ħili) 4. Durga Des Valerins (I. Stivala)
VII Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Alinea (C. Vassallo) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Star’s Fighter (Ch. Camilleri) 3. Timetopaythepipe (D. Baldacchino) 4. Hegoa Smart (J. Gafa’)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ami De Clerlande (M. Ellul) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Doudou De Bouere (J. C. Pace) 3. Caprice De Cosse (C. Vassallo) 4. Furyo (A. Farrugia)
IX Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Elitlove Pasmarick (P. Galea) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. My Golden Eye (D. Farrugia) 3. Du Snob (N. Baldacchino) 4. Cash De Beauregard (D. Baldacchino)