Wednesday, April 24, 2024

33 ħaddiema impenjati f’ħidma biex inaddfu t-toroq wara l-milgħuba

Aqra wkoll

Wara li dal-lejl seħħ fenominu naturali magħruf bħala l-milgħuba, id-Direttur Ġenerali tal-Indafa Pubblika Ramon Deguara qal lil talk.mt li matul il-ġurnata tal-lum saret ħidma t’emerġenza fil-bajja tal-Għadira, Xemxija, Salini, Marsascala u Birżebbuġia.

Deguara qal li “l-Għadira hemm ħsarat kbar fuq il-bajja u se jieħdu xi ġranet biex is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normali.” Sostna ma’ talk.mt li s-sidien tal-gabbani sofrew diversi ħsarat u anke l-infrastruttura li hemm fil-bajja li tintrama mill-MTA ġarbet ħsarat kbar.

Id-Direttur Ġenerali qal li b’kollox kien hemm 33 ħaddiem jaħdmu biex inaddfu t-toroq li ntlaqtu minn dan il-fenominu.

Sport