Wednesday, April 24, 2024

Toroq miksijin bl-alka u vetturi jispiċċaw fil-baħar kawża ta’ fenomenu naturali

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda fenomenu naturali wassal għal tibdil qawwi fil-livelli tal-baħar u kkawża diversi ħsarat.

Ritratti mibgħuta lil talk.mt juru xeni li mhux komuni f’pajjiżna f’dawn iż-żminijiet fejn numru ta’ toroq spiċċaw mgħarrqin u b’ammont ta’ tajn u alka ladarba reġa’ tbaxxa l-livell tal-baħar

Ninsabu infurmati wkoll li kien hemm vetturi li spiċċaw nġarru fil-baħar u nistennew li fis-sigħat li ġejjin id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika jkollu jqassam diversi uffiċjali madwar il-pajjiż biex inaddfu “l-ħerba” li ħalla warajh dan il-fenomenu.

Sport