Tuesday, September 24, 2024

Andrea Belotti ma’ Como

Aqra wkoll

Issa hi uffiċjali. L-attakkant internazzjonali Taljan Andrea Belotti telaq lil AS Roma sabiex ingħaqad mat-tim promoss ta’ Como. Dan kollu se jseħħ għal ċifra ta’ €4 miljun fejn ta mal-ewwel id-disponibbilta’ tiegħu lill-klabb mir-reġjun tal-Lombardia.

Fl-istaġun li għadda, Belotti skorja sitt gowls u wettaq tliet assists mal-Giallorossi. Dan se jkun il-ħames klabb tal-plejer imlaqqam il Gallo wara Albinoleffe, Palermo, Torino, Roma u Fiorentina.

Sport