Saturday, July 13, 2024

“Is-Servizz Pubbliku huwa wieħed mill-gwardjani tal-governanza tajba”

- Il-President ta’ Malta waqt l-Għoti ta’ Rikonoxximent għas-Servizz Pubbliku 2024

Aqra wkoll

“Li sservi l-istat u l-poplu bħala uffiċjal pubbliku mhux dejjem ikun faċli, partikularment f’ċertu xogħol li jiffaċċjaw uffiċjali fil-gradi ta’ fuq tal-ġerarkija. Inżommu quddiem għajnejna illi s-Servizz Pubbliku huwa istituzzjoni perenni – ta’ dejjem, qiegħed hemm dejjem!”

“Dan għaliex huwa s-Servizz Pubbliku li jipprovdi l-kontinwità tat-tmexxija minn amministrazzjoni għall-oħra.”

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żiedet tgħid illi l-uffiċjali tas-Servizz Pubbliku jridu jkunu sodi, imparzjali, bl-ebda mod politikament partiġġjani, u bil-kuraġġ li jieqfu jekk ikun jidhrilhom illi t-toroq magħżula jew proposti mhumiex fl-interess tal-ġid nazzjonali, ta’ ġid għall-poplu u għal pajjiżna.

Faħħret l-isforzi tas-Servizz Pubbliku biex ikunu intensifikati l-aċċessibilità u l-informazzjoni lill-pubbliku li għandu jingħata s-servizzi li għandu bżonn u li bi dritt huwa intitolat għalihom. Apprezzat l-isforzi tas-servizz li jipprovdi informazzjoni u servizzi online; iżda f’dan ir-rigward qalet li m’għandniex ninsew lil dawk li jew ma jafux kif, jew ma jħossuhomx komdi li jutilizzaw dawn il-modi ta’ komunikazzjoni, u għalhekk jippreferu jinqdew wiċċ imb wiċċ.

Is-Servizz Pubbliku huwa s-sinsla tat-tmexxija demokratika, wieħed mill-gwardjani tal-governanza tajba. Huwa għalhekk illi l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu onesti, integri, u fuq kollox leali, lejn il-pajjiż u lejn il-poplu. Biss biss, l-importanza tas-Servizz Pubbliku toħroġ mill-fatt illi l-Kapitolu X tal-Kostituzzjoni ta’ Malta huwa ddedikat lis-Servizz Pubbliku.

Għalhekk l-uffiċjali tas-Servizz Pubbliku fl-operat tagħhom biex jilħqu u jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn l-istat u l-poplu jridu jkunu l-bon sens u l-kawtela li jmexxuhom.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport