Wednesday, October 9, 2024

Andrea Pirlo jrid jirritorna fil-Kampjonat Taljan

Aqra wkoll

Wara d-diżappunt li kellu ma’ Juventus, il-coach Andrea Pirlo, qed jikkunsidraw li jirritorna fl-azzjoni wara nuqqas ta’ sentejn. 

Filwaqt li huwa mexxa lill-Bianconeri fl-ewwel erba’ postijiet u żewġ trofej fi staġun wieħed, ma kienx biżżejjed biex iżomm xogħlu u għaldaqstant ħa pawsa għal sena qabel ma ħa t-tmexxija tat-team Tork, Fatih Karagumruk, f’Ġunju tas-sena li għaddiet, li jilgħab fl-ogħla diviżjoni.  

Illum Pirlo huwa coach aktar matur u ta indikazzjoni li fil-futur qrib se jagħmel ir-ritorn tiegħu fis-Serie A minkejja li l-club Tork offrielu estensjoni tal-kuntratt. 

Sadanittant, huwa qed jinteressa bosta clubs u rċieva offerta mingħanhom fosthom,Cremonese, Sampdoria u Spezia. 

Il-coach ta’ 43 sena sostna li jkun aħjar li għalissa jmexxi team li jinsab ‘l isfel min-nofs il-klassifika biex jikseb aktar esperjenza hekk kif stqarr li Juventus kienu proġett kbir wisq għalih. 

Sport