Monday, May 13, 2024

Khvicha Kvaratskhelia se jibqa’ ma’ Napoli

Aqra wkoll

Il-winger internazzjonali ta’ Georgia, Khvicha Kvaratskhelia, xejjen kull spekulazzjoni li se jitlaq lil Napoli hekk kif laħaq ftehim biex jiffirma kuntratt ġdid. 

Il-player ta’ 22 sena kien wieħed mill-istilel li spikkaw fis-Serie A wara li fis-sajf li għadda ngħaqad mal-Partenopei mingħand il-club Ġorġjan, Dinamo Batumi, għal €11.5 miljuni. 

Huwa kien ukoll wieħed mill-protagonisti ta’ Napoli f’dan l-istaġun hekk kif skorjaw 14-il goal u pprovda 16-il assist fi 30 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.  

Kvaratskhelia mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Napoli sal-2028, fejn se jiżdied is-salarju tiegħu b’mod sinjifikanti. Huwa se jaqla’ €4 miljuni fis-sena wara li tinqata’ t-taxxa, inklużi bonuses oħra. Fil-kuntratt tiegħu m’hemmx klawsola ta’ rilaxx.

Sport