Wara li Milena Bertolini tneħħiet mill-kariga ta’ kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa Taljan, il-federazzjoni Taljana kienet qed issegwi xi profili ta’ kowċis li jista’ joħdulha postha. L-għażla waqgħet fuq Andrea Soncin li dan l-aħħar kien qed imexxi lit-tim taż-żgħażagħ ta’ Venezia.
Soncin, li se jkun mgħejjun mill-kowċ Viviana Schiavi, se jkollu biċċa xogħol diffiċli biex jimmotiva l-grupp li ġej minn eliminazzjoni bikrija mill-fażi tal-gruppi tat-tazza tad-dinja femminili.
Sadanittant l-FIGC qalet li Soncin għandu l-kwalitajiet neċessarji sabiex imexxi dan il-grupp u jerġa’ jġibu fit-triq tas-suċċess.