Saturday, December 2, 2023

Gigi Riva jfaħħar lil Gianluigi Buffon

Aqra wkoll

L-eks plejer leġġendarju Taljan Gigi Riva tkellem dwar il-ħatra ta’ Gianluigi Buffon bħala l-kap tad-delegazzjoni tat-tim nazzjonali Taljan.

Riva qal li Buffon hu l-bniedem ideali sabiex jokkupa dan ir-rwol minħabba li għandu l-kariżma u l-entużjażmu neċessarju fil-karattru tiegħu.

Fuq kollox, Riva qal li Buffon kellu esperjenza twila internazzjonali u jaf sew kif imorru l-affarijiet fuq livell ta’ tim nazzjonali.

Buffon ġie mfaħħar ukoll mill-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan Luciano Spalletti u qal li jinsab ħerqan biex jaħdem iktar miegħu.

Sport