Monday, November 9, 2026
Home Sport Gilbert Agius isejjaħ 28 player għall-kamp ta’ taħriġ tat-team nazzjonali Malti ta’...

Gilbert Agius isejjaħ 28 player għall-kamp ta’ taħriġ tat-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena

0
33
Ritratt: Mark Mangion

Il-coach il-ġdid tat-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Gilbert Agius, ħabbar skwadra ta’ 28 player għall-kamp ta’ taħriġ li jmiss.

Agius ġie maħtur fil-kariga aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, u b’hekk irritorna fit-tmexxija tat-team wara li kien diġà serva bħala coach għal sentejn, sal-2023.

Dan il-perjodu ta’ attività internazzjonali se jagħtih l-opportunità li josserva mill-qrib lill-players u jevalwa l-potenzjal tagħhom. It-team Malti temm il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21 sena tax-xahar li għadda u issa qed jibda jħejji ruħu għall-kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni li jmiss.

Minħabba li numru ta’ players li kienu parti mill-iskwadra preċedenti m’għadhomx eliġibbli li jilagħbu fil-kategorija ta’ taħt il-21 sena minħabba l-età tagħhom, Agius inkluda diversi uċuh ġodda fl-għażla tiegħu.

L-iskwadra tinkludi numru sostanzjali mill-aqwa talenti li jilagħbu fil-kampjonati lokali, flimkien ma’ sitt players li bħalissa jinsabu jilagħbu ma’ clubs barranin f’Wales, Franza, l-Awstralja, Spanja u l-Ingilterra.

Matul dan il-perjodu, it-tim Malti ta’ taħt il-21 sena se jilgħab ukoll żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra t-team Primavera ta’ Palermo. Dawn il-logħbiet se jintlagħbu bil-bibien magħluqa u se jservu bħala opportunità oħra biex il-players isaħħu l-għaqda bejniethom u jittestjaw il-laivell tagħhom kontra avversarji ta’ kwalità.

L-iskwadra ta’ 28 player magħżula minn Gilbert Agius hija din:

Goalkeepers: Carlos Camilleri (Mġarr United), Liam Frendo (Valletta), Fabian Lauri (Sliema Wanderers), Jake Scicluna (Sirens).

Difensuri: Haytham Abdelghani (Fgura United), Aiden Agius (Swieqi United), Alyas Debono (Cardiff City – Wales), Gianni Dicchi (Istres FC – Franza), Shelom Magri (Żabbar St Patrick), Amin Malik (St George City – Awstralja), Kean Scicluna (Ħamrun Spartans), Nikita Shechepetkin (Floriana), Adam Vella (Mġarr United), Jayden Vella (Pietà Hotspurs).

Midfielders: Benjamin Cassar (Melita), Bradley Farrugia (Mosta), Dejan Farrugia (Gżira United), Thomas Melillo (Żabbar St Patrick), Liam Micallef (Attard), Lucas Okeke (Swieqi United), Cristian Vella Gonzalez (RU Tenerife – Spanja).

Attakkanti: Lyon Abela (Hibernians), Nicholas Agius (Żabbar St Patrick), Kai Bartolo (Didcot Town FC – Ingilterra), Jake Borg (Pietà Hotspurs), Timothy Eviparker (Pietà Hotspurs), Peter Ohaka (Mosta), Lechlan Sattout (Sutherland FC – Awstralja).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here