Sunday, November 29, 2026
Home Sport Malta Premier League: Birżebbuġa SP jikkundannaw lil Gzira Utd fir-Relegation Play-Offs

Malta Premier League: Birżebbuġa SP jikkundannaw lil Gzira Utd fir-Relegation Play-Offs

0
41

BIRŻEBBUĠA SP…………2

GZIRA UNITED……………0

Birżebbuġa St Peter’s kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 kontra Gżira United b’goal f’kull taqsima. B’din it-telfa, il-Gżirjani huma ċerti li se jkollhom jilagħbu fil-playouts kontra r-relegazzjoni fi tmiem l-istaġun.

Birżebbuġa fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta Gab­riel Costa Goncalves skorja b’daqqa ta’ takkuna minn cross ta’ Federico Galea.

Gżira ppruvaw jirrea­ġix­xu u resqu qrib meta Fofana pprova bir-ras, iżda Mattia Chiesa wettaq save spettakolari. Andrew Borg ukoll kellu ċans tajjeb, iżda falla l-mira, filwaqt li Brooklyn Borg ipprova xortih mid-distanza.

Qabel il-mistrieħ, Gżira talbu l-intervent tal-Football Video Support wara li Brooklyn Borg deher li twaqqa’ fil-kaxxa. Alex Johnson ta penalty, iżda Andre Penha da Costa falla mill-11-il metru.

Birżebbuġa komplew fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u fis-60 minuta rduppjaw l-iskor wara pass żbaljat ta’ Dejan Farrugia li spiċċa għand Alex Bruno, li avvanza u quddiem il-goalkeeper xeħet il-ballun fix-xibka.

Federico Galea kellu az­zjoni individwali mill-isbaħ, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper Gżirjan.Il- Maroons ippruvaw  inaq­­qsu d-distakk minn free-kick ta’ Andrew Borg, iżda sab lil Chiesa  attent.

Fil-ħin miżjud, Shaun Dimech tilef opportunità tajba biex iżid it-tielet goal, meta  x-xutt tiegħu spiċċa ftit barra.

Birżebbuġa SP: Mattia Chiesa, Gustavo Felipe De Campos Goncalves, Zachary Cassar, Rasmus Thellufsen Pedersen (Matthew Xuereb 87), Gabriel Costa Goncalves (Shaun Dimech 72), Fede­rico Galea (Kurt Bondin 78), Juan Andres Bolanos Ramirez (Sam Azimzadeh Tabrizi 87), Alessandro Coppola, Alex Bruno De Souza Silva, Zachary Scerri (Pietro Tomaselli 72), Jackson Mendoza Usuga – Coach: Martel Santana

Gzira U.: Karl Sargent, Albion Pllana (Jamie Bartolo 86), Nathan Joyce, Deacon Abela, Andrew Borg, Brooklyn Borg (Maxuell Maia Samurai 78), Andre Carlos Penha Da Costa, Dejan Farrugia, Marc Font Van De Bovenkamp (Antiago De Flavia 65), Filipe Maio Bartolomeu (Kayden Pace 86), Mohamed Ange Fofana (Kianz Gonzalez Froese 78) – Coach: Darren Abdilla

Referee: Alex Johnson

assistenti: Mark Ciantar, Slawomir Olucha

Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara

Skorers: G. Goncalves 16, A. De Souza Silva 61 (BSP)

Ammoniti: G. Goncalves, J. Ramirez, R. Pedersen (BSP); N. Joyce, M. van de Bovenkamp, M. Maia, A. Borg, D. Abela (GU)

Player tal-Logħba: Jackson Mendoza (Birżebbuġa SP)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here