Andreas Christensen esprima l-ferħ tiegħu li ngħaqad ma’ Barcelona dan is-sajf, bid-difensur ċentrali jgħid li huwa “kburi ħafna” li ngħaqad mal-ġganti Katalani.
Il-player internazzjonali tad-Danimarka ddeċieda li ma jiffirmax kuntratt ġdid ma’ Chelsea, u uffiċjalment sar free agent meta l-ftehim tiegħu fi Stamford Bridge skada fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda.
Christensen issa ġie kkonfermat bħala l-aħħar akkwist ta’ Barcelona, bid-difensur ċentrali jsegwi lil Franck Kessie fil-Camp Nou, bil-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju jingħaqad mal-Katalani bi free transfer mingħand AC Milan.