Monday, April 29, 2024

ARA: Il-fekruna Yvonne tirritorna lura fil-baħar

Aqra wkoll

Il-fekruna tal-baħar Yvonne tirritorna lura fil-baħar mir-Ramla tal-Mixquqa wara għaxar xhur ta’ trattament mediku. 

F’Settembru li għadda, din il-fekruna kienet ġiet salvata minn sajjied f’Marsalforn wara li belgħet xlief tas-sajd kif ukoll sunnara li weħlet mas-saqaf ta’ ħalqha. 

Grazzi għal Nature Trust – FEE Malta u l-ERA – Environment & Resources Authority, din il-ħlejqa tinsab imfejqa u għalhekk ilbieraħ setgħet tirritorna lura fl-abitat tagħha. 

“Huwa sabiħ tara fekruna lura fil-baħar … iżda hu isbaħ jekk nibżgħu għall-ibħra tagħna biex inċidenti bħal dawn ma jseħħux” Kitbet dan il-Ministru Miriam Dalli fuq il-midja soċjali.

Sport