Tuesday, May 14, 2024

Raġel l-isptar wara li ttajjar f’San Ġwann

Aqra wkoll

Għall-ħabta tas-1:00 p.m., Albaniż ta’ 37 sena ttajjar fi Vjal Ir-rihan, San Ġwann.

Huwa ttajjar minn vettura mercedes li kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport