Thursday, April 18, 2024

Andreas Christensen u Franck Kessie jistgħu jħallu lil Barcelona

Aqra wkoll

Iż-żewġ akkwisti l-ġodda ta’ Barcelona, Andreas Christensen u Franck Kessie, jistgħu jħallu l-club jekk ma jkunux jistgħu jiġu reġistra qabel il-partita tal-ftuħ tal-kampjonat Spanjol, nhar is-Sibt li ġej.  

Christensen u Kessie ingħaqdu mal-Blaugrana dan is-sajf mingħand Chelsea u Milan rispettivament iżda għad iridu jiġu reġistrati mill-club minħabba l-kwistjonijiet finanzjarji kontinwi tagħhom.

Għaldaqstant jekk ma jifformawx parti mill-iskwarda li se tilgħab kontra Rayo Vallecano, ikollhom id-dritt li jħallu l-club b’xejn.

Aktar minn hekk, il-Katalani għadhom iridu jirreġistraw ukoll lil sħabhom li wkoll akkwistaw matul is-sajf. Dawn huma Robert Lewandowski, Raphinha u Jules Kounde, filwaqt li lanqas ma ġew irreġistrati t-tiġdid tal-kuntratt iffirmati minn Ousmane Dembele u Sergio Roberto.

Ekonomija

Sport