Newcastle United qed ifittxu talent ġdid u skont ġurnal tal-istess belt qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Andrey Santos. Dan tal-aħħar għandu 18-il sena u jilgħab ma’ Vasco da Gama.
Hu ilu jilgħab fl-ewwel tim sa mis-sena l-oħra u fil-fatt diġa’ deher 37 darba u skorja tmien gowls.
Il-Magpies qed jaħsbu sabiex iġibu lil dan il-plejer sa minn Jannar li ġej.
Andrey Santos lagħab mat-tim nazzjonali Brażiljan kemm ta’ taħt is-16-il sena kif ukoll taħt it-18-il sena.