Wednesday, April 24, 2024

AC Milan interessati serjament f’Hakim Ziyech

Aqra wkoll

AC Milan qed jaħsbuha bis-serjeta’ sabiex jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Marokkin, Hakim Ziyech, sa minn Jannar li ġej. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u qed jilgħab ma’ Chelsea. Hu ili mal-Blues sa mis-sena 2020, lagħab 51 partita u skorja sitt gowls.

Ziyech qed jispikka mat-tim nazzjonali Marokkin fit-tazza tad-dinja u hekk kif ma’ Chelsea mhux qed isib spazju, l-offerta ta’ Milan taf tkun attraenti.

Fil-passat, Ziyech lagħab ukoll ma’ Heerenveen, Twente u Ajax.

Sport