Saturday, December 21, 2024

Andriy Yarmolenko jagħti donazzjoni ta’ £75,000 lill-Forzi Armati tal-Ukrajna, wara l-invażjoni tar-Russja

Aqra wkoll

Il-winger ta’ West Ham United, Andriy Yarmolenko, ta donazzjoni ta’ £75,000 lill-Forzi Armati tal-Ukrajna, wara l-invażjoni tar-Russja.

Dan l-aħħar il-player ta’ 32 sena ingħata ftit ħin ta’ mistrieħ mill-Hammers u tilef ir-rebħa ta’ 1-0 ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet fuq Wolves, fejn sħabu wrew l-appoġġ tagħhom billi lebsu flokkijiet b’ismu fuq wara waqt il-warm-up.

Il-manager David Moyes żvela lill-istampa l-ġimgħa li għaddiet li Yarmolenko ‘ma kienx f’post tajjeb’ u stqarr li huwa “żmien tassew diffiċli għalih u għall-familja tiegħu”.

Minn dakinhar Yarmolenko għamel donazzjoni ġeneruża ta’ tliet miljun hryvnia Ukrajna, ekwivalenti għal madwar £75,000, lill-Forzi Armati tal-Ukrajna fil-ġlieda tagħhom kontra r-Russja.

Ekonomija

Sport