ll-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva n-nomina sabiex l-Avukat Dr.Andy Ellul jiġi co-opted bħala Membru Parlamentari.
Għal dawn l-aħħar 8 snin, Dr. Ellul, permezz tal-esperjenza legali tiegħu kien involut fit-tfassil ta’ riformi u liġijiet importanti f’pajjiżna, fosthom dawk relatati mal-qasam socjali u tal-familja.
Dr Ellul kien ukoll Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa fil-Kumitat Lanzarote.
L-Avukat Andy Ellul li huwa wkoll Kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss twieled fl-1975. Huwa gradwa b’Dottorat fil-liġi fl-2007 u llum jispeċjalizza fil-Ligi Amministrattiva. Andy u Claudia Cuschieri għandhom tifel ta’ 7 snin jismu Gianni.