Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Andy Goram … jingħata biss sitt xhur ħajja

Andy Goram … jingħata biss sitt xhur ħajja

0
782
Ritratt: Getty Images

Il-goalkeeper leġġendarju ta’ Rangers, Andy Goram, ingħata sitt xhur biss ħajja wara li ġie djanjostikat b’kanċer terminali.

Huwa rrifjuta l-kimoterapija wara li ġie mgħarraf li kull ma tagħtih hija estensjoni ta’ tliet xhur oħra ħajja. 

Għall-bidu, Goran, ħaseb li kien qed ibati minn indiġestjoni ħazina iżda wara li sarulu t-testijiet neċessarji sar magħruf li kien qed ibati minn kanċer fl-istonku. 

Fil-karriera tiegħu huwa lagħab 184 partiti għal Rangers li magħhom rebaħ ħames kampjonati u tliet darbiet l-FA Skoċċiża. 

Fl-2000, huwa kien ingħaqad b’self ma’ Manchester United. 

Barra minn hekk huwa lagħab 43 partita għal Skozja.